WAQTIET IL-GHANJA.
F'xi waqt bhall-ilma, helwa u mexxejja.
F'waqt iehor iebsa gebla jew marbuta.
Jew jigi hin u tkun shiha bhal hnejja,
imbaghad tisfa ghajjeina u batuta.
F'xi waqt nebbiexa u mimlija nkejja,
u tibdel fehemtha u ssibha mixhuta
fi hdanek biex bi mhabba ta' feddejja
tfarraglek qalbek li bid-dieq milquta.
F'xi waqt titilqek minghajr sliem jew hniena
u thallik wahdek bla taf fejn se tmur,
imbaghad tfegg hesrem bhal kewkba fiddiena
u tkellmek b'lehen hlejju bhal t'ghasfur;
tigborlok hsiebek gewwa hogor gnienha;
tixghellek qalbek mid-dlam ta' wisq xhur!
---------------------------------------------
ASTRONAWTA.
...u kif wasal fil-berah
u halla w'rajh id-dinja mbieghda
bil-glied, bil-ghira u l-mibgheda
tghaxxaq u ferah!
Ma xtaqx li jerga' jaqa'
fuq tad-dinja s-sisien
kif ra l-gmiel u l-indafa
tal-firxa bla qisien
u ra li l-qawwa t'Alla mhix xi hrafa
ghalkemm 'l hemm fuq ma' ltaqa'
ma' hadd u xej...
Imbaghad minn qalbu harget karba:
Kemm huwa sbejjah il-holqien!
Min sejjes dak ii ghadda w dak li gej?
U kliemu kien qiesu xi talba
jew tifhir xieraq lill-Mulej!
-------------------------------------------
FTAKART FIK.
Il-lum mahbuba
f'tax-xitwa l-qierah
ix-xmil qieghed jonfoh bil-qawwi
fi gnien zoghzitna
u qed jahraq ix-xitel
waqt li jiknes xi fjura ta' xi tfiefa
li ghada qed titlajja
fi xquq il-gebel.
U jien aftakart fik mahbuba;
ftakart meta kellimtek l-ewwel darba,
...dik il-ghaxija,
fi gnien zoghzitna
x'hin ix-xemx kienet niezla hamranija
fi zmien il-qawwa tar-rebbiegha
wara li bieset lilek w lili
u bieset lis-sigar u x-xitel
u l-fjuri tal-kappar u t-tfief
jizfnu ma' zifna rqieqa
fi xquq il-gebel.
-----------------------------------------
HANNIEQA.
Jekk jien nilbes hannieqa
tal-gizimin
ma ndumx wisq ngawdiha
ghax f'qasir zmien titlef il-bjuda
u l-fwieha.
U jekk nilbes hannieqa
tad-deh'b u l-gawhar
nista' nigi misruq
u jekk inzommha sal-mewt tieghi
tintlibes mill-werrieta.
Izda jekk jien indomm bis-sabar
il-lewlu ta' l-imhabba
f'tul il-harira
qawwija tal-hniena
u norbot sew it-truf
bl-ghaqda tas-sliem
jiena nilbes hannieqa
li ma tistax tinqered jew tiqdiem.
-------------------------------------------
TIXBIT.
Torri ta' Babel
Gwenhajn Icarus
Tron gholi ta' xi sultan
Tron oghla ta' xi Papa
Rifsa fuq Everest
Trombjar f'xi galassja
Titjir ta' Gagarin
Rifsa fuq wicc il-qamar
dawra durella
tas-satelliti
Rokit mitluq fil-berah
ghal dejjem u fis-skiet
u l-ebda tam ali jinbarrxu s-smewwiet.
----------------------------------------------
KOBOR U RQUQIJA.
Ma rridx nhares b'teleskopju
fil-kobor bla qisien
ta' l-univers bla tmiem
ghax l-ebda galassja
ma tiftahli l-bibien
sabiex nghaddi bis-sliem
ha turini l-qawwa mohbija.
Irrid nhares f'mikroskopju
go c-celloli u d-dmija
biex nara u nistghageb
bil-kobor t'Alla fl-irquiqja.
--------------------------------
FARAG.
Kemm tkun hanina
b'xi driegh fuq il-kiftejn,
kemm huma ghaslija
il-bews fuq il-haddejn,
u kemm ittaffi n-niket
ix-xita ta' l-ghajnejn
kull meta l-qalb
maqsuma tnejn.
---------------------------------
CAGHAQ U QLUB.
L-ilma safi tax-xmara jixtieq jidhol
gewwa l-qalba ta' kull caghqa zonqrija;
ilu dwar elfejn sena jbell u jxarrab,
f'xi whud m asetax jinfed l-ebusija.
Ix-xmara safja hija t-taghlim siewi
li Gesu' ghallem ha jbieghdna mid-dnub
filwaqt li l-ebusija ta' kull caghqa
ta' wisq u wisq Kristjani x-xierfa l-qlub.
-----------------------------------------------
XITWA.
Shabiet mghaddba, sewdiena,
ihabbtu ras ma' ras
u jghajjtu b'lehen ohxon.
L-gholjiet m ajghtux kas
ta' l-ilsna kbar tan-nar
igiddmu s-sema w l-art;
ghekierex fil-widien
fis-sakra xarbanin.
Hitan xjuh tas-sejjieh
imwagga', midrubin.
Tektik mal-hgieg tat-twieqi
b'suttar minn x'imkien gholi
u bhal magmar bla hatab
ix-xemx qed tilghab noli.
---------------------------------
GALILEO(1564-1642).
Hareg mill-fosdqa zghira u mudlama
biex bhal farfett jittajjar fil-helsien
u bla ma fittex gid, unur u fama
xtaq biss li jghallem l-ordni tal-holqien.
Ma mexxiex aktar bhal xi bniedem ghama
fit-toroq mghawga ta' qedem iz-zmien;
izda fi triq id-dawl, u mimli tama
hadem b'ghodda li ttih l-ahjar qisien.
Geghel lid-dinja biex tqum minn raqdetha,
mill-hrafa wisq qadima ta'xi ktieb...
u x-xemx waqqaf mill-harba ta' mixjietha.
Izda l-imsejken inhataf mir-rhieb,
tal-Ktieb qadim l-Ghassiesa u l-Werrieta.
Qafluh bhal bhima bl-ghassa wara l-bieb!
----------------------------------------------
FEJN...?
Fejn nista' nsib xi driegh
biex tghini nsib it-triq
ghal go misrah id-dawl,
it-triq li wisq nixtieq?
Fejn nista' nsib il-qalb
ta' mhabba u ta' hniena
li fiha nista' nafda
meta ruhi ghajjiena?
Fejn nista' nsib il-hodon
li bi mhabba miftuh
biex fih inserrah rasi
waqt li nxerred id-dmugh?
Fejn nista' ndur u nigru
f' din id-dinja qadima
ha nsib xofftejn-il ghasel
biex jaghtini tbissima?
-----------------------------
TNAQQIR.
Qedghin jitnaqqru s-slaten
u maghhom kull baruni,
il-ftit li fadal
saru hrief minn iljuni
u kif jitnaqqru wiehed wiehed
sew-sew kif trid ix-xorti
jibqa' biss erba' slaten
dawk ta' gol-mazz karti.
It-tomna wkoll qedgha titnaqqar
mir-rjus in-nobbli u s-setghana,
izda jilbisha l-klawn tac-cirklu
quddiem mijiet ta' nies dahqana.
------------------------------------------
TAMA FL-IMHABBA.
Iddejjaqx qalbek ja mahbuba
matul l-iljieli suwed u xitwija;
kull niket ghad ikun mitmum
u qalbek terga' tixghel
sew-sew ma' sebh il-jum.
Mhux l-ebusija kollha tista' twagga'
jew li tissokta tkattar il-kefrija.
Hares 'il fuq ha tara x-xitel sbejjah
qieghed jitperrec fuq l-gholja zonqrija
li jwarrad meta tasal ir-rebbiegha
hiereg minn xquq kull blata fuqqanija.
Iddejjaqx qalbek ja mahbuba
jekk tas-sireni l-ghanja ma tismax,
l-ghanja sabiha li sama'Ulisse,
ghax hemm ukoll l-ghanja siekta ta' qalbi
li ghadha tidwi bhalma kienet dari
met'inti bil-kemm kemm kellek sittax!
--------------------------------------------
FERH U PJACIRI.
Jien garrabt il-ferh fis-safa tieghu
meta trabbejt fi hdan familja fqajra:
meta missieri gabli ghasfur sbejjah;
meta rnexxieli fil-gholi ntajjar tajra.
U kieku kont xi tfajjel ta' nies ghonja
nitrabba kont fil-pjaciri u l-fsied.
Missieri jghidli li xejn ma jonqosni
fil-waqt li jsehh kull amar li hu ried.
Il-ferh jixbah lin-nahla li mis-saghtar
tkewwes il-ghasel u ddakkar it-tin
waqt li l-pjaciri jixbhu lill-gurati
li jibdlu kull mhu tajjeb ghall-hazin.
Il-ferh jixbah lill-bibla x'hin tissaqqar
u waqt il-ghanja tghasses fuq bejtietha
waqt li l-pjaciri jixbhu wisq lill-kuko
li gewwa bejta t'ohra tbid bajdietha.
Kieku trabbejt fiz-zejjed u fil-hala
flok kif trabbejt li ngabbar u li nsum
ma kontx nlissen b'qalb ferhana t-talba:
"Mulej, aghtini l-hobza ta' kuljum."
----------------------------------------------
LIS-SBEJHA REBBIEGHA.
Meta r-rebbiegha
tersaq lejna bi ilbies kollha lwien
bhal xi qawsalla jew rix il-paguni
jiena nintebah
min hu s-sultan ta' l-istaguni.
Bhal xi feedej
tifred tax-xitwa s-silg minn sajf ta' gamar
b'ghodwiet xemxija
u ljieli mkewkba u bid-dawl ta' qamar.
Iddewaaq l-ghasel
lil kull ghasfur sabiex jghanni bi hlewwa
u l-fwieha tkewwes biex tferrah iz-zahar
fil-waqt li tlibbes
lil binha Mejju, taghha l-ghezez xahar.
Ziffa nebbiexa
titbewwes ma' kull sigra, ma' kull fjura,
matul il-wied u go tar-raba' l-wisgha
qisha xi hakem
meta jdur go xi harem mimli nisa.
Ma' tmiem ix-xitwa
tigi r-rebbiegha bil-qawmien u t-tama
u bhal prpfeta tbassar gid u sliem
fost nies xewqana
ghal hajja shiha b'tar-rebbieghs l-jiem.
--------------------------------------------
GUNJU 1919 - 1999.
Kien qawmien ta' nisel gwejjed;
l-ghaks fuq il-faqar gieghlu jqum.
Cahduh mit-tmexxija ta' artu
u mill-hobza ta' klujum.
Matul l-ewwel gwerra kbira
l-Maltin taw is-sehem u d-dmir.
Wara sena, il-hakkiema
stamawhom biss bhal merhla hmir.
Izda tqarraq il-barrani;
,'gharafx jaghmel paragun
bejn il-gwejjed u l-qalbieni
u bejn il-hmar u l-iljun.
Il-Maltin taqbdu fit-toroq,
farrku d-djar tal-mixtrijin.
sfaw midruba u xerrdu demmhom
izda hargu rebbehin.
Minn Gunju ta' dik il-grajja
gew u telqu hafna snin.
Mietu niesna, twieldu wliedna;
ghaddew sewwa-sew tmenin.
Il-lum iz-zghazagh moderni
xejn ma jafu b'kulma gara,
li l-Maltin nghaqdu qaccoca!
(Izda kienet fula f'qargha).
---------------------------------
GIRJA LURA.
Jekk is-Sur Wells jislifni
l-magna taz-zmien
immur fis-snin mghoddija
flok 'il quddiem
sabiex niltaqa' ma' Socratis
il-filosofu qadim,
halli jghallimni nhaddem mohhi,
halli jharrigni fit-taghlim,
u biex niltaqa' ma' Voltaire
sabiex tieghu jghidli l-grajjiet
u jekk jehtieg kif niddefendi
lil min ma jaqbilx mieghi
dwar xi fehmiet.
Niltaqa' ma' Frangisk t'Assisi
biex nitghallem il-Kristjanezmu
u nqatta' xi zmien hdejh
nArah iwettqu
bix-xoghol ta' jdejh.
U fl-ahharnett niltaqa' ma'
Pindar gewwa Thebes,
l-ghannej b'xofftejn ghaslija
sabiex nitghaxxaq bi hlewwetu
u biex jghallimni l-poezija.
----------------------------------
Din il-pagna qed tigi mtella' minn Sergio Grech.
20, Wesgha 5, ta' Ottubru, 1974, Zejtun. ZTN 04. Malta.
Tel-674510.
Il-pagna nfethet l-ewwel darba fit-13, ta' April, 1999 u giet irrangata l-ahhar nhar it-Tlieta 18, ta' Mejju, 1999 fid-8.08p.m.
------------------------------------------------------------------
WebSpawner Page Machine |
ANTOLOGIJA VIRTWALI--POEZIJI TA' SERGIO GRECH |
POETI ZGHAZAGH |
Email |
LIBRERIJA HAJKI---HAJKI TA' SERGIO GRECH |
ILSIEN BLA HAJTA |
Send E-Mail to: sergio@maltanet.net