ILSIEN BLA HAJTA



ILSIEN BLA HAJTA---PROGRAMM TAR-RADJU TA' L-UNIVERSITA'.

Is-snin sittin kienu ddominati minn riefni shah. It-toroq kosmopolitici mtlew sa ruh ommhom bi gmieghi ta' nies li ghazlu l-
protesta bhala mezz biex iwasslu messag. Hekk twieldu l-FLOWER POWER, il-JESUS PEOPLE u l-HIPPIES. Il-protesti kienu favur ghadd ta' kawzi:
il-liberta' ta' l-espressjoni artistika,
kontra c-censura,
favur l-ommoseswalita',
favur l-imhabba libera,
kontra l-istabiliment,
kontra l-ipokrezija tas-sistemi politici,
kontra l-immuffar mentali.

Dawn kienu z-zmienijiet ta'
Jean Paul Sartre u Simone de Bauevoir,
Gwanni XXIII,
il-Beatles,
Bob Dylan,
JFK,
Martin Luther,
Fellini,
Ian Palach,
Il-kittieba ma setghux jibqghu lura li jinghaqdu f' dan il-kor. Nies kbar bhal ALLEN GINSBERG li kienu mwahhda fil-BEAT GENERATION nizlu jisolhu l-istat bil-poeziji taghhom iebsa daqs l-azzar - azzar li jhezzez il-pedamenti.

Il-quccata ta' dan intlahaq permezz tat-torca umana IAN PALACH.

Is-snin sittin kienu s-snin tal-bidla. Is-snin tal-miniskirt u fuq kollox is-snin tal-Beatles immortalizzati b'kapolauri kbar. Kienu s-snin tal-kanzunetti politici li bdew jitkellmu favur l-EMARGINAT.

Malta anki jekk fuq livell hafna icken intlaqtet minn din il-mewga. Hekk twieled il-MOVIMENT QAWMIEN LETTERARJU li nizel jisfronda l-poezija li kienet ikkankrat. L-awturi zghazagh nizlu jipprotestaw favur letteratura gdida ghal kollox differenti minn dak li nkiseb nqabel. Il-mixja lejn il-HELSIEN tal-mohh kienet bdiet.

Biex dan il-mument importanti ghal-letteratura taghna ma jintesiex u ma jintilifx fid-dhahen ta' l-apatija, IR-RADJU TA' L-UNIVERSITA' haseb li jxandar il-programm ILSIEN BLA HAJTA li qed jiddiskuti l-validita storika tal-Moviment u fl-istess hin jipprova jorbot ilbierah u llum fejn tidhol il-letteratura.

Incidentalment dan il-programm qed jinstema' fi zmien meta l-awturi b'eccezzjonijiet zghar ghazlu l-KOMPROMESS u s-SILENZJU. L-awturi llum ma jitkellmu fuq xejn u ma jiehdu l-ebda pozizzjoni.

IRONIKAMENT L-AWTURI LI DARBA KIENU JIKTBU FIL-POEZIJI TAGHHOM KONTRA L-ESTABLISHMENT, ILLUM SARU XKAFEF GHOLJA FL-ISTITUZZJONI JEKK MHUX IL-HADDIEMA OSSESIVI TIEGHU.

Fost is-suggetti li ser niddiskuti nsibu:

Il-Protesta Politika tal-Moviment;
Analizi tal-Pubblikazzjonijiet;
Kontradizzjonijiet Interni;
X'inkiteb dwar il-Moviment;
Il-Moviment jghix bl-Energija;
Il-Moviment u l-Ghaqdiet l-Ohra tal-Malti.
L-Istruttura tal-poezija l-Gdida.
Id-Differenza fil-Kittieba tal-Moviment u r-Romantici.
Il-Professur Aquilina u l-Poezija Moderna.
Il-Polemika letterarja tal-bidu tas-sittinijiet.
Il-Mewt tal-Moviment.
Il-Kontribut Teatrali tal-Moviment.
Il-Moviment u l-Media.

Uhud mill-protagonisti ta' darba ser ikunu mistiedna fil-programm biex jghidu taghhom u biex janalizzaw dak li ghamlu. Fost il-mistiedna ser jinstemghu:

Charles Colerio- l-ewwel President tal-Moviment u wiehed mill-fundaturi ewlenin,
Oreste Calleja- drammaturgu mportanti ghall-istorja teatrali li fil-bidu tas-snin sebghin kien jifforma parti mill-kumitat ta' tmexxija,
Mario Azzopardi- wiehed mill-fundaturi u membru kkulurit tal-Moviment,
Albert Marshall- li hafna drabi ha hsieb il-produzzjonijiet letterarji tal-Moviment.
Charles Flores- wiehed mill-fundaturi.
Alfred Palma- li ftit kellu rispett lejn il-poezija l-gdida mlaqqma' tat-tikkek u l-bumm.
Mario F. Bezzina- l-ahhar president u sa certu punt il-president attwali.
Trevor Zahra- membru attiv tal-Moviment li fl-istess nifs kien is-Segretarju ta' l-Ghaqda Letterarja Maltija.
J. F.X Zahra- lura ghas-snin 60 kien protagonist fil-kitba tal-poezija l-gdida li ma tirrispettax il-konvenzjoni.

Fl-istess nifs l-istudjuz tal-letteratura ADRIAN GRIMA jaghti harsa lejn il-mod ta' kif il-poezija u l-proza nbidlet permezz tal-kittieba tas-snin 60.

IMMANUEL MIFSUD-li fis-snin 80 kien involut fil-VERSARTI ser jitkellem f' wiehed mill-programmi dwar il-MIT tal-Moviment.

Ridna wkoll li z-zghazagh kittieba jghidu taghhom. Tkellimna ma' BERNARD CAUCHI u ALEKS FARRUGIA.

Suggett li ser niddiskutu hu jekk il-VERSARTI kienx interessat li jkisser il-mit tal-Moviment u jibda xi haga kompletament gdida.

l-Ghan ta' din is-sensiela mhux li jirromanticizza l-Moviment imma li jkun KRITIKU minkejja li z-zmien hu vicin taghna. Ma' ADRIAN GRIMA ser nanalizzaw kif il-poezija u l-proza nbidlu minn dawk tar-romantici.

Ghal dan il-programm qed jintuzaw id-DOKUMENTI ORIGINALI. Ghalhekk certa dokumentazzjoni qed tohrog ghall-ewwel darba.

X'intqal dwar il-Moviment matul dawn il-programmi:

Il-Moviment qatt ma kellu l-ghan li jkisser li sar qabel imma li jkompli maghhom.
Il-Moviment beda bil-kelma li tigri minn fomm ghall-iehor.
Ridna nqajmu dak kollu li missirijietna ggieldu ghalih -il-Malti u l-letteratura Maltija.
kellna appogg mill-pubbliku....l-idea fil-bidu kienet iktar li mmexxu l-Malti.
Dak iz-zmien kienet xi haga rivoluzzjonarja li tghaqqad il-poezija mal-jazz.
Il-Polz: beda jlaqqa' fih awturi tal-generazzjoni l-gdida waqt li saru sforzi biex tinzamm rabta mal-kittieba anzjani. Ghax ahna qatt m'ghedna li l-anzjani nwarrbuhom. Nibnu minghajr ma nhottu. Nibnu.
Fit-Teartu manoel waqt serata letterarja kienet giet iccensurata poezija.
Fl-iskejjel privati u tal-knisja l-Malti ma kienx rispettat bizzejjed.
Dak iz-zmien l-Akkademja ma kientx thares lejna b'mod ottimista. Hasbu li ha nwaqqghu dawk li bnew nies bhal guze Muscat Azzopardi u Dun Karm.
Qajjimna wkoll lil hafna ghaqdiet.
Fl-ghaqdiet m akienx hemm l-idea li nqajjmu kuxjenza fuq livell nazzjonali.
IL-MQL ma kienx maghluq biss fuq ix-xena lokali.
Biex tidhol gewwa trid tipprova tithabbeb mal-purtinar. Bilfors trid kumitat ta' certu prestigju biex tifaccja l-awtorita'....
Guze Aquilin akien wiehed milli heggigna. Tana l-appogg.
Saghtar qajjem liz-zghazagh fejn jidhol il-patrimonju.
Minghajr patroncinju tal-Ministru ma stajnix nimxu l-quddiem.

Charles Colerio.

Il-Moviment Qawmien Letterarju gie miticizzat.
Immanuel mifsud.

Il-Moviment kellu access kbir fil/ghall-media.
Movimenti ohra kienu tat-tip tradizzjonali.
Meta kont wasalt biex nitlaq minn Malta(1973-74) il-Moviment kien intrikeb mill-kittieba tradizzjonali u finalment gie assorbit minnhom.
Il-Moviment ixxokkja lill-poplu b'letterastura gdida u tahom toghma ta' dak li qed jinkiteb barra.
il-kittieba godda kien jecithom li tista' tikser ir-regoli, li tista' tmur kontra l-kurrent fil-kitba tieghek.
Lili nfluwenzani bil-qawwi wkoll.
Il-membri tal-Moviment ghen lil Francis Ebejer biex jistabilixxi ruhu b'appogg shih.
Il-Moviment lili gaghlni biex nikteb il-palk. kont iktar nikteb ir-radju.
Il-poplu la kien lest ghat-teatru ta' l-assurd u lanqas modern.
il-poezija kienet iktar avvanzat f'dawk iz-zmien.
It-teatru qatt ma ghamel avvanzi konsistenti. kultant jaghmel xi passi zghar. jekk thares lejn illum tara li ghadna fl-istess sitwazzjoni li konna fl-1973-74.
Il-President Onorarju kien hemm biex ikollok certu foothold fis-socjeta' u tahdem minn gewwa. dak iz-zmien ma tidhirx li kienet xi haga kontradittorja tal-lum.
L-1964 kienet tfisser xi haga ecitanti. kien hemm bidla fiz-zminijiet....issa rajna f'idejna xi haga gdida ser tigri.
Indipdenza tal-mohh hija iktar importanti minn dik politika.
In-nies li tal-Moviment xi darba opponew kienu jammirawhom.
Moviment (illum) mhu ser jaghmel xejn hazin.
il-qaghda letterarja hi stagnata immens miz-snin 60.

Oreste Calleja.

Ghandi l-impressjoni li l-minuti miktuba minn Frans Sammut ma jurux bizzejjed dak li kien ghaddej fil-kumitat- fejn min gej, min hiereg, etc.
Il-Moviment spicca ghax fih dahlu nies li ma kellhom l-ebda kriterji letterarji.
Jien kont wiehed mill-fundaturi u dejjem kelli l-kariga ta' Vici President, sakemm irrizenjajt minhabba li bdejt nara li fil-Moviment kien hemm hafna nteressi personali u interessi ohra li riedu lill-Moviment ghall-patrunagg ta' l-EStablishment.
Fil-Moviment dahlu jew thallew jinfiltraw wkoll persuni li ma kellhom l-ebda kredenzjali letterarji, nkluz wiehed mis-segretarji.

Mario Azzopardi.

Il-Moviment wettaq dak li twieled ghalih.
L-ghaqdiet tal-Malti ghandhom jahdmu kontra l-hsara li qed issir lil ilsien Malti.
Charles Flores.

Il-Moviment hu rieqed bhal Snow White. Qed jistenna l-bewsa tal-princep biex jerga' jitqajjem mill-gdid.
Mario. F. Bezzina.

Il-poeta fil-hajja ghandu l-individwalita' tieghu.
Ma nistax nifforma parti minn dan il-Moviment ghax il-poeta huwa lsir tal-burdati tieghu. Ma tistax tkun membru fi grupp li jipprofessa twemmin wiehed uzzomm l-individwalita'.
Il-Moviment inghalaq u kien hemm l-idea li biex tkun tajjeb segwini.
Il-poeti li ma dahlux fil-Moviment sabu breathing space fl-GHaqda Letterarja Maltija.
Hargu hafna poezija astratti....kont narha sensazzjonalista wisq.
Il-Moviment ried jimponi stil wiehed.
Inghaqdu fi grupp....bdew jippromovu lil xulxin qishom l-evangelista tal-letteratura. Baqa' j]okku dahar xulxin....Ifahhru lil xulxin u jghinu lil xulxin.
Ghaliex ghandhom jissemmew biss l-istess erba' minn nies?
Kien hemm ukoll poeti tajbin bhal Oliver Friggieri imma li kien hemm mieghu daqqiet ghogbuni u daqqiet le.
Illum il-poeta, l-budding poet, ma ghandux skop....incentivi m'hemmx. Qligh m'hemmx.
Il-Moviment ma nfetahx bizzejjed. Sar elitista. Baqa' nukleju zghir.
Il-poezija mhiex hobz ghal snien kulhadd.
Hawn ghazz spjetat rizultat tan-nuqqas ta' l-incentiva.
Tal-Moviment kienu juzaw hafna kliem bombastiku biex jaghmlu mpressjoni.
F'Malta ma tistax tghix professjonalment bl-arti - l-letteratura nkluza.
Il-Moviment ma tax spazju bizzejjed - jew mieghi jew inbarrik.

Alfred Palma.

Il-Moviment kien hemm bzonnu ghax in-nies ta' l-Akkademja kienu marbuta mal-passat.

Monsinjur Lawrenz Cachia.


IL-PROGRAMM QED JINSTEMA'minn fuq IR-RADJU TA' L-UNIVERSITA' f'dawn il-HINIJIET:
IT-TNEJN FIS-6.30 P.M.
IL-HAMIS FIT-7.45 P.M.


TA' MIN IZID LI XI SEKWENZI MINN DAWN L-INTERVISTI QED JIDHRU FIL-PAGNA LETTERARJA TA'L-ORRIZONT. DIN IL-PAGNA HI KO-ORDINATA MINN CHARLES FLORES U TIDHER KULL NHAR TA' SIBT.

KOTBA X'WIEHED JISTA' JAQRA B'KONNESSJONI DIRETTA JEW INDIRETTA;

It-Triq tal-Qawmien. Pubblikazzjoni ta' programm radjofoniku dwar il-MQL imxandar minn Tonio Bonello. Il-ktieb gie editjat minn Gorg Mifsud Chircop.

Pubblikazzjonijiet tal-Moviment:
Misrah il-Ghana.
Novelli u Stejjer Ohra.
Il-Polz.
Saghtar.

Antologiji:
Kwartett- varji.
Analizi 70- varji
Dwal fil-Persjani- varji.
Malta the New Poetry- varji.
Zerniq u Ghabex- varji.
Dillema- varji.
Jien- J.F.X. Zahra.
L-Ghexieren- Charles Flores.
Diasfora- Albert Marshall.
Dhahen fl-Imhuh- Marshall, Friggieri, Borg.
Qamar il-Hsad- Gh.L.M.
Ghoxrin Rebbiegha- Gh.L.M.
Linji Godda- VARJI.

Rumanzi ta' wara l-Indipendenza.

J.J. Camillieri: Ahna Sinjuri, L-Ghar tax-Xitan.
Frans Sammut: Samuraj, Il-Gagga.
Trevor Zahra: Hdejn in-Nixxiegha.

DRAMMI.
Min hu Evelyn Costa u Drammi Ohra- Alfred SAnt.

TEZIJIET.

Terence Portelli- IL-POLEMIKA LETTERARJA TAS-SNIN SITTIN.

Saviour Sammut- IL-POEZIJA TAS-SNIN SITTIN BHALA RIFLESSJONI TAL-QAGHDA SOCJALI.

KOTBA TAN-NOTI.
Il-Poezija Moderna- Tarcisju Zarb.
Ahna Sinjuri ta' J.J. Camillieri: Tarcisju zarb.

Utli wkoll ir-rivista ANALIZI ghall-artikli kritici dwar dawn iz-zminijiet u l-output tal-poeti.
----------------------------------------------------------------------

Il-Homepage inholqot nhar it-2, ta' Mejju, 1999 fil-hdax neqsin ghoxrin minuta ta' fil-ghaxija. Il-pagna giet aggornata l-ahhar nhar is-16, ta' AWWISSU, 1999 fil-hdax neqsin ghoxrin ta' fil-ghaxija..

IL-PAGNA TKUN AGGORNATA MINN ZMIEN GHAL IEHOR. NISTIEDNEK BIEX META TKUN LILHAWN TGHADDI.

Sergio Grech.
20, Wesgha 5, ta' Ottubru, 1974,
Zejtun. ZTN 04.
Numru tat-telefon- (356) 674510.
Email-sergio@maltanet.net


WebSpawner Page Machine
ANTOLOGIJA VIRTWALI-POEZIJI TA' SERGIO GRECH
POETI ZGHAZAGH
LIBRERIJA HAJKI
EMAIL

Send E-Mail to: sergio@maltanet.net

Free Webpages This page created using the webpage creation facilities of Webspawner.
Copyright © 2000 Sergio Grech. All Rights Reserved