ANTOLOGIJA VIRTWALI---POEZIJI TA' SERGIO GRECH


KULL DARBA LI NIKTEB POEZIJA, INHOSS LI JKUN IRNEXXIELI GHAL FTIT SEKONDI LI NIFHEM LILI NNIFSI. META L-MUZA TKUN IL-BOGHOD MINNI NHOSSNI BARRANI GHALIJA STESS.



HAJTI.

hajti sega
tithanzer biz-zmien.

hajti barxa
fi tmiem ta
sinfonija regina.

hajti malja mewg
supperva
fid-direzzjoni tat-tifrik.

hajti poezija fqira
tistenna
d-dahar ikrah
ta' l-indifferenza.

hajti
propjeta' ta' l-
iskratac u l-imsiemer.
---------------------------

STEDINA.

tmieghek lubiena
fl-ort pallidu tieghi
qalb it-tempesti bla qalb
l-insomji kreattivi
it-tarznari vagi tas-silenzji.

hobbni
fit-temperaturi varji
fil-mumenti mistoqsija
fl-isfilati vagabondi.
-----------------------------------

QUDDIEM IL-BIEB TAT-TEATRU TA' L-OPOERAZZJONIJIET.
-poezija b'serqa.

ucuh sigaretti mghaffga
joghnosu fl-ghanqbut leqqien.
silenzju silenzjus
jinkiser mill-passigati
tal-bluzi mghaggla biex
ilahhqu ma' l-indici tal-pressjoni.
fl-ghajnejn siekta
l-vampir tal-mewt
jinnegozja ardit
il-vistu.
---------------------------------

IR-REFUGJAT.

Liebes holma ta' xatt 'il boghod.
mohhu jhewden garigor
ta' vjali li jwassluh lilhinn.
fuq fommu l-karba-hama
ta' min imwahhal fil-fruntieri
minghajr sqaqien ta' hrug.
taht abtu l-kurcifiss
ta' granet imtertqa fil-biza'
imhawla f'deni paranojku.
qalb lozor niexfa
iqalleb ir-ritratti ta' wliedu u martu
jitghaffgu fil-hama hadra
minghajr spazju ghall-bidla.
------------------------------------------------

IL-POETA.
-ghal Dennis Arrigo.

il-poeta ma jerhix
id-dulur.
il-poeta jfendi minn luttu
ghall-iehor.
il-poeta jisghol
l-allarmm vjolenti
tal-mewt.
il-poeta jizra' l-arja.
il-poeta jghix ma' l-ipotezi
u wara jifrex.
------------------------------------

LURA GHAT-TRIQ.

Lura ghat-triq
gabillot ghal hena
bit-trabokki bejn snieni
bid-dellerji sakranazzi jistuprawni
bl-iskumdita' tpejjipni
bil-haziz misluh
madwar qalbi
b'jien mhux tieghi.

-----------------------------------------
GHALIHA.

Telqet....hi u xufftejha jirtoghdu 'daqahekk'
warajha baqghet l-ghabra mraxxa tal-granet
mghixa flimkien.

radju jirrakonta l-griehi paranojci
kliem imnissel ghalxejn
fjuri spulpjati hajja.

Telqet...silenzju
rabja
telqa
gharqa.sabta.

Telqet....l-imhabba pedament
univers
kontinwita'
kampjun senswalita'.
----------------------------------------
QALBI.

Qalbi latrina
kulhadd ihammeg bla hsieb
basta jinqeda.
----------------------------------------
IZ-ZMIEN.
Iz-zmien xafra jaqta'
meterjoriti dhahen
mill-ucuh taz-zifef
----------------------

SKAK MATT.
fossilizzat go tebut Siberja
nhaffef pass pass
wara skema tila friska.
kullumkien statiku iebes.
il-qlub jikkompetu
f'maratona ta' nxif.
is-sensi jharrku
s-solidarjeta'.
kull dahka skak matt.
---------------------------

F'QALB MIN NINSAB?
F'qalb min ninsab?
Gismi mormi b' xewqa
ghall-bidla.
Hitan/fortizza
jhaffru ocejani ta' firda
minni nnifsi.
Qalbi nkwinata
b' sema mherri
ta' harifi monotoni.
Nixtieq naqbad ma' tama
nippassigga f' wesghat kuluri.
F'qalb min ninsab?
------------------------------

TALBA.
Mulej,
din l-ahhar karta.
fija jigri
tribu arguzin.
il-qalb timudella
sitwazzjonijiet fantazma.
il-fjuri tas-shab
qras.
l-iskeda tgharrset
it-tahwid.

gharaq tar-ramel
jixxabbat f' ghajnejja kannella.
----------------------------------
REQUIEM.
tieghek, Mulej
il-bidu.

taht
l-ghabex
jistkenn wicci
jipprova jzomm
nibxa rtokk.
--------------------------------
INT.
Illum li pittirt ismek
bin-nida
fuq qalbi
u minn hajtek bnejt hajti
f' kuntrast mas-silwett tal-bierah
minn fommi
tevapora
sillaba wahda--inhobbok.
minn ghajnejja msaht kull demgha
fuq l-ixkaffef ta' dinjieti
INT.
------------------------------
ART TWELIDI.

Art twelidi
vittma hafja
werqa illuzjoni
kantina weggha
rikatt apologetiku
fruntiera dezert.

----------------------------

GHALIK.
ghajnejk maqdes ta' ibhra.
minnek insensel parametri ta' utopiji.
ghalik nibdel f' poezija.
gismek gizimin senswali.
-------------------------------

SOLISTA.
wahdi ma' ismi
f' xifer labirint
f'kesha bbalzmata
nfittex vlegga
imqar mkemmxa
b'direzzjoni
bi hjiel haga mohgaga
....
dezerti ta' solitudni
jitbissmu hajja
xita ta' holm
tixxettel fi hwat bla qliegh
ilma mejjet ahdar
jirifletti xfar ghajnejja
iperpru nixxiegha
....
wahdi
ngorr dirghajja niexfa
lejn zona minghajr isem
b'qalb imkemmxa
ghal kapitlu ward ifuh.
--------------------------
KAXXA.
habsi
f'kirja holm
0fgat bl-gheluq
infittxek.
--------------------------

TALBA.
illum li fittixtek izjed mis-soltu,
Mulej,
imxejt fl-ghelieqi jrabbu l-hgieg
issemmajt l-inhir tal-gawwi
soqt fit-toroq twal u bahh
izda mkien ma lmahtek,
Mulej,
xtaqt nilmhek fi fjura
tinten bis-solitudni
jew
f' berqa tirdoppja lehinha
jew f' okkazjoni stramba
izda....
---------------------------

VAKUM.

hajti titbandal fuq
mappa ta' solitudni.
sema hurrieq
tistrieh fuq
ghadiet incerti.
mistoqsijiet tnalja
jassedjaw
l-ghera ta' ruhi.
ix-xorok ta' qalbi
jitkarrbu ghal
ilsien qatran.
----------------------

POETA MEDJORKU.
poeta medjorku
minghajr guf
inhuf minn xitwa ghall-ohra
infittex rebbieghat ifuru b'rezonanzi kkuluriti.
taht abti ngorr tezi dizapprovata
mill-fakulta ta' l-insanita'.
fuq fommi maskra
forguta ghalija biss.
fuq dirghajja c-cahda ta' vrusi.
qlub sodi jinbarraw
l-entrturi tag]hom
b'theddid sakranazz.
ghajnejn iharsu lejja
b'nuccali kurzita'
minghajr l-icken vibrazzjoni.
imhuh jikkonkludu
realtajiet anti-relattivi
ovvji wisq
biex jag]tu kasi.
min se jahsadni
minn dan l-inkubu?
kemm il-kilometri fadal
biex nistejqer?
liema bojja ser tqacctni
minn gheruqi?
----------------------------
FANTAZIJA GOTIKA.

Nixtieq narak.
nixtieq narak
meta nsejjah jew nahseb ismek.

fejn int?
fejn tinheba?
fejn....?

nixtieqni l-bankina li timxi fuqha.
nixtieq lehnek mutu
jwennisni.
nixtieq li int il-hin.
nixtieq ghajnejk-orrizont
mwahhla f'dan il-kalendarju.
nixtieq gismek
imsallab f'qalbi
jitkghaweg/jissallab
ghal imhabbti.
nixtieqni l-kanzunetta
li tbejjet demgha f' ghajnejk.

nixtieq li int
il-poezija tieghi
imqar rig minnha.

ghaliex qatt
ma nohlom bik?
nixtieqek ghandi.
------------------------------------

SQAQ IDJAQ.

xatt vojt jindokra
konvint ramel mejjet.
kwadri mlewna
b'suggetti ribattuti.
bliet minghajr storja
jfittxu l-genesi.
file passat jipprova
jintilef.
lejl minghajr roqgha dlam
jikbi qoxortu.

il-hrug lejn il-bidla
il-bidu ghal sqaq idjaq.
------------------------------

MALTA-
B'Impenn.

pajjizi
bejta kiesha.
art minghajr identita'.
paradoss inezistenti.
arlogg-puppazz.
xemx imermra.

Malta,
nixtieq nibdlek
naghgnek mill-gdid
nohonqok b'tapit gizimin
nlibbsek mera-stillel.
-------------------------------

IMPROMPTU.
niezla qliel ix-xita f' rasi.
kullumkien
jghum f' requiem.
trenijiet jimxu/jigru
wara skedi skaduti.
toroq joghnosu
fuq pjattaformi statici.
arloggi mejtin
jikinsu l-apatija.
tabelli patetici no way out
iharsu cassi.
kurcifiss jintewa zigarella
madwari ghonqi.

--------------------------------

ABISSI.
poeta-mendikant nixxettel
qalb qlub moribondi
nhazzez dinjieti
f' antologiji li ma jgibux prezz.
psikologikament instabbli
nigri minn fazi lunatika
ghal ohra
nilghab pedina ugigh
ma' kalci mfawwar
sakemm alla frustrat
jgharraqni fl-abissi.

------------------------
IRRIDEK MIEGHI.

irridek mieghi
fis-sighat vjolenti
biex inqallbek fuq
l-imtierah tas-sadizmu.

irridek mieghi
quddiem l-astratt
biex inwettaq
dell l-irwiefen.

irridek mieghi
fis-sighat illelxu
l-kundanni biex
intennilek gmiel
id-disinn ta' l-ilma.
-----------------------------
TEBQA.

ghejjejt ingorr lili nnifsi
minn storja ghal ohra.
ix-xewqa tat-tmiem
tixxemmex qalbiena
sikwit fija.
sqaqien ta' dghjufija
u mazz insulti
jitwahhdu fil-minfah batut tieghi.

qed
neghreq
f'tebqa
konfuzjoni.
--------------------------------------

SGASS.

lejl nisgassa
l-fortizza
ta' qalbi
b'konkluzjonijiet
bla qiegh.
kalendarji t'ghejja jinqalghu
wiehed wara l-iehor
minn ma' l-istess hajt mibrux.
?
futur mhedded
mic-cpar tac-cirkustanzi.
---------------------------

TELQA.

krizantemi nexfin iharsu
cassi minn ghajnejn cpar.

ritratt minghajr stampa
mitluq jitmewwey
f' kexxun solitudni.

pitazz poeziji
jinfetah
darba kull millenju.

xahar ta' mitt jum
ikarkar seklu
biex itemm
saltnatu.

kwadru bin
kollezzjoni ghabra
espost
inemmnem batut hajti.

ghonella holm
tkeffini
fl-izjed rokna
mitlufa
ta' l-inkubu ossesiv tieghi.
harba-izolament
tfejjaq kuntratt skadut.
-----------------------------
REALTA'
wicci ghajjien ihares
minghajr espressjoni
gnien telqa
jisseduci l-ispirtu
b'harsa
naghas mistrieh
mohli f'gieh
sikka repetizzjoni
ta' palazz holm
xkupa realta'
twaqqa' bir immaginazzjoni
-------------------------------

PROFIL.
hajti
skerz fittizju
parabola bla konkluzjoni
petali espanduti fil-kesha
ghajnejn hodor marbuta
f'vistu.
-------------------------------

U ISSA

U issa li sibtek
wara li fittixtek
sfoljat kull xitwa
innegajt l-isfisucja
u illum li hawwiltek
f'qalbi
tghidlix li ha nitilfek
li harstek fil-mera ser ticcajpar.
--------------------------------------
KUNCERT KONCIZ GHALL-VJOLIN.

sitwazzjoni fugutiva
certifikata antisensibilita'.
bojkott emozzjonali
f'tarf salmastru.
foresti tikmix taht
is-sens tal-hars.
--------------------------------------
HAJKI AMBJENTALI.

krejn dragun jiekol
widien ikkuluriti
joqtol il-hajja.

il-bahar hieles
jghum taht kundizzjonijiet
imposti minn nies.

karri tal-metal
ihammgu l-arja
biex ma jimxux ftit.

kampanja fgata
tixxemmex f'banjijiet sbieh
tghodd il-kupuni.
-----------------------------------

IL-MEWT.

il-mewt tifridna.
il-mewt tobbliga
l-mistoqsija ghaliex.
il-mewt tikxef
l-insinnifikanza.
il-mewt timmanifesta
d-dghjufija.
il-mewt issikket
kull ribell.
il-mewt twelled il-mewt.
---------------------------------

META.
meta nintelqu gharwenin
f'estazi vjolenti ta' mhabba
pprojbita
u l-iskorca ta' gisimna
tistampa l-prezenza taghha
madwar il-hjut tal-lizar gheri
ma jkun fadal xejn hlief
li l-pjanci tar-ruh
jinfethu berah ghall-offerta.
------------------------------

GHELUQ.
ghenuq ta' bard
johonquni fihom.
mapep-labirinti
jghammduni
ghat-telfien ta' dejjem.
celel-inkubi (fil-qalb)
jisfrattaw il-kalma.
seraturi jwebbsu
minghajr hniena
l-emozzjonijiet tieghi.
----------------------------

GHALFEJN?

Mulej,
iknes minn hajti dan il-bard imkemmex
aghtini farka ward
par ghajnejn biex inhobb
par saqajn biex insib oasi.
ghejjejt
nixef ilsieni jwerzaq ismek
intlift f'okkazjoni ta' dghjufija
nixtieq bahar imhabba.
SALVANI
thallinix mitluf f'indana ugiegh.
Mulej
inhnaqt
idawwarx spallejk.
Mm-uuu-lej
ghalfejn ittradejtni?
----------------------------------

JIEN U INT.

jien il-bahar
int ir-ramel.
kull filghaxija
ninkik b'imgiebti
bir-raghwa tieghi
mehjuta bizzilla.

jien is-sema
int il-kewkba
kull filghaxija
tinvadi d-dalma
li tahsel tillupjani.
----------------------------------

MANWAL.

Il-manwal ta' l-ezistenza abbazi 21 gharqa-
(1) linji tat-telefon
itawlu l-kosta tas-solitudni.
(2) bahar ghejja jintewa
issikkat ingravata coff.
(3) kastelli labirinti
iperpru gwidi ta' telfien.
(4) librerija torturi prodott
qlub maghluqa.
(5) dozi ckejkna ta' poeziji
puntwalment ihufu fuq
l-ixkaffef tieghi.
-------------------------------
PETALI.

Xi trid minni mara?
idejn li jhobbuk?
qalb li tipposedik?
poezija biex tinkantak?
dirghajn fejn tohlom?
tieqa fuq l-orrizont?
karezzi biex jaghgnuk?
melodija fejn tistkenn?
demgha mqattra fl-imcvens?
tartru neqjum?
--------------------------------

OHLOMNI.

ohlomni rieqed nilghab man-naghas.
ohlomni kurcifiss wara xitwa niedja.
ohlomni dinozawru fl-imhabba.
ohlomni sentiment.
ohlomni caghka tilghab ma' xaghar imxarrab.
ohlomni meta nkun il-boghod u vicin fl-istess hin.
ohlomni poeta.
ohlomni prigunier ta' qalbek.
----------------------------------------------------
FIRDA.

Sikta massiva
timponi lehinha sod.
il-mewg statiku
jghum minghajr hajra.
sema minghajr lewn
taqdef lura
sa gheluq il-jum.
ucuh incizi
fuq lapidi keshin
t'irham komuni
jitkellmu biss
b'hars misruq.
kulhadd immobbli.
kollox paraventu
ghall-konferma
ta' l-istatus quo.
il-kuntatti maqtugha
il-hsieb abbandunat.
il-firda mixtieqa.

------------------------
PJAGI.

mohhi jixxengel vojt
taht lizar dlik.
seklu shih
nilghab b'centimetri t'ilma
imsakkar f'tazza
rrakmata bil-passi tas-swaba'.
iljieli twiebet itawwlu
d-dijametri ta' l-ugigh.
l-imhabba kull sekonda
issallap il-boghod.
pjagi jfuru
taht riglejja
sakemm nintelaq kurcifiss
f'hogor duluri.
---------------------------------

KWADRU CATT.

lager morr
jeghreq mugugh
minghajr dirghajn
fi stonku mibrum.
hars vag lejn ix-xejn
kultant jieqaf
b'sabta mar-realta'
kiesha silg.
taht l-ghodwa
kurcifissi godda
prodotti id f'id mas-suq
jizzanznu lubiena.
tipi grassi
jigru fil-mohh
jieklu u jnawwru t-triq
li forsi xi darba(?)
tiftah kustat ward.
--------------------------------
GHATXAN.

ghatxan ghal gharqa
nipprova nahrab
minn poezija ghal ohra
infarrad il-jiem frustrati
f'widnejja l-ghanja
tal-katavri jinharqu
warajja delli faccol
ippreparat li jittradini
anki ghal ftit perlini.
-----------------------------

AGGORNATA L-AHHAR IT-Tnejn 26, TA' LULJU, 1999.

EMAIL-sergio@maltanet.net


WebSpawner Page Machine
POETI ZGHAZAGH
EMAIL
LIBRERIJA HAJKI---HAJKI TA' SERGIO GRECH
POEZIJI TA' TONI CARUANA
ILSIEN BLA HAJTA

Send E-Mail to: sergio@maltanet.net

Free Webpages This page created using the webpage creation facilities of Webspawner.
Copyright © 2000 Sergio Grech. All Rights Reserved